Malta u l-Maltin

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (5 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

l-ahwa…ejjew nohorgu niccelebraw, ghaliex ahna lkoll naghmlu parti mill-poplu malti u nghixu fuq il-gzira tal-paci u xempju ghal min irid jizviluppa, il-gzira ckejkna izda kbira fil-valuri, Malta taghna!

ijwa gheziez, ifirhu ghax ghandna biex! bhali u bhalek hawn biss 400,000 jghixu fuq xulxin fuq din il-gzira, u bejn wiehed u iehor l-istess numru imxerrdin mal-bqija tad-dinja! bejnietna qajla naqbzu l-miljun, izda kollha bejnietna nafu li ahna qeghdin ftit ghax ahna collector’s item!

aqbad karta u ibda nizzel il-karatteristici ta’ malti tipiku…

mela l-ewwel u qabel kollox l-etnicita` trid tkun…ta’ nisel semitiku…lele mhux gharbi…semitiku…minn…emm…minn Semitikland…imma hemm minna li gejjin minn Englishland ukoll…anzi mir-Renju Unit…mela Skozzja, Irlanda, Galles ukoll…eh! u anka mill-Italja ehe…u ghandi siehbi li ghandu l-familja minn Holland…malti da…mela ehe jista’ jkun minn hemm ukoll, u naf ukoll xi tnejn li ghandhom nisel Russu…mela dawk zidhom mal-probabbilta`.

mela zomm…nergghu nibdew…biex tkun Malti tista’ tkun jew minn Semitikland, jew mill-Ingilterra, jew mill-iSkozzja, jew mill-Irlanda, jew mill-Galles, jew mill- Olanda, jew mill-Italja, jew mir-Russja. ssa…gieli jista’ jkun li jkollok xi nisel mill-Afrika centrali…mela ok…tista’ tkun anka ta’ nisel Nigerjan, Sudaniz, Kenjan, Etjopjan, Eritrej, Rwanda, Kongoliz, ecc ecc…

ehe u niftakar is-sir tal-malti kien qalilna li ghandna wkoll xi kliem Lhudi u Spanjol fil-lingwa taghna. heqq..tghid xi spanjolito jew xi lhudi m’ghandniex fid-demm jew? ok mela zid mal-bqija…

heqq…u kliem bhal bongu u bonswa…huma l-verzjoni maltija ta’ bonjour u bon soir! mala inzidu lil hutna l-francizi maghna…

u biex inkunu safe zgur…ejjew nghidu wkoll li haw xi maltin li huma ta’ nisel Grieg, Ciprijott, u Tork…ghax dawn kienu gejjin u sejrin minn pajjizna fl-imghoddi.

ok mela s’issa semmejna l-etnicita` tal-maltin…li ddecidejna li hija…afro-asjo-ameriko-anglo-semitiko-ewro-maltija pura…

…imbghad…

imbghad trid tkun taf titkellem sew bil-malti (ha naqtghu fil-qasir ghax ghajjejt)…u…ma kull okkazjoni li jkollok thares ‘il barra u tghid “kemm m’ghandna xej malta!” u tibki xortik li gabitek bezzul…izda f’qalbek tkun kuntent li kellek ix-xorti titwieled f’din il-Gzira…

Dejavu…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...
jien u nara t-tv llum fuq l-istazzjonijiet barranin, kull fejn tqelleb tara lil dak ir-ragel ta’ kulur akkumpanjat mill-mara uz-zewgt itfal tieghu, ixejjer lil dawk in-nies li gew jifirhu bih…

u harist lejn dawk in-nies…u qisu kelli dejavu…

fejn rajta qabel din l-ewforija?

…hmmm…ijwa ijwa f’pajjizna meta dhalna fl-ewropa…imma l-USA ma dahlu fl-ebda unjoni ewropea…u le mhux hemm zgur…ghax stenna ftit…jekk qed nara sewwa…dawn ic-celebrazzjonijiet madwar id-dinja kollha ghaddejjin…anka l-lecturer taghna dalghodu…”President Obama in 2008″…ukkja ha j’tihom it-tant mixtieqa payrise da jew?

…jew forsi…eee ijwa!! fl-iraq u fl-afghanistan!! ijwa zgur hemm rajtha din l-esrpessjoni mignuna ta’ ferh…

…imma zomm…dawk kienu daqshekk ferhanin mhux ghax helsu mid-dittatorjal u mit-terrur? u le kif jista’ jkun! the free world man qed nitkellmu ta…heqq u dr.arbuxellu (il-kelma maltija ghal sigra zghira) dak vera hadem kontra t-terrorizmu, u ghall-paci fid-dinja u x’naf jien…hux?

inzel xita…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
biex nghidilkom is-sewwa llejla ma kontx naf ezatt fuqhiex ser naqbad nikteb f’dan il-blog…izda messitni l-kuxjenza li ilni wisq ma nikteb fuqu…u malajr sibt suggett kemxejn interessanti…

jiena tifel minn Hal Balzan, ic-centru ta’ din il-gzira, u wiehed mill-ftit irhula Maltin li minn fuq il-bjut ma jidhirx daqxejn ta’ bahar…anqas u anqas ir-riha ta’ dik l-imluha li tiftahlek l-aptit ghal xi bicca hobz biz-zejt, ghal fuq xi bank relax

izda, jekk hux b’hidma tal-kunsill, tal-gvern centrali, jew ta’ xi qawwa sopra-naturali, hadd ma hamel li mill-Gzira tal-Bahar ul-Bahrin ikun hemm rahal wiehed li hu wiehed f’dan l-istat ta’ nuqqas ta’ bahar! ghalhekk fix-xitwa il-bahar jidhol xoghol mal-bqija tal-Maltin habrieka, u jigi residenti maghna n-nies tac-centru. iva! tarah, f’dik il-halba xita, ghaddej ghal ghonq it-triq…kannelli jxaqleb fl-ahdar…jithallat maghna l-ippersegwitati u l-imcahhdin, bhal donnu jpattielna ghan-nuqqas li ngarrbu matul l-istagun tas-sajf…

ilmijiet shah li jorganizzaw irwiehhom fit-toroq principali, b’manifestazzjoni piroteknika ta’ funtani minn qiegh l-istess toroq, l-hekk imsejha tappiera-mifqughin. u bhal dak li qallu mhux bizzejjed, tisthajjel dawn l-ilmijiet xi ministru hiereg ghal politika, ghaliex iva…il-bahar Malti jorganizza wkoll il-house visits…u li xejn ma nibdel ma’ dik is-sitwazzjoni fejn issib ruhek imqajjem fl-erbgha ta’ filghodu tixxotta l-kcina minn dan l-ilma li dahallek volontarjament…

u xi nghidu ghar-riha li tpaxxik…nibda nara lill-girien kollha taghna jixxabbtu fuq il-bjut taghhom…jiggieldu bejniethom min ser jiehu l-aktar minn dik ir-riha…li le ma tkunx biss ta’ ilma tal-bahar, l-anqas Aqcua di Gio`…imma Riha ta’ Ha`…Riha ta’ Be`…u Riha ta’ Dijare`…

u dan kollu biex ma nsemmix l-avventuri li rridu nghaddu minnhom ahna tal-wied biex nohorgu ftit mid-dar…il-ghala Splash ‘n’ Fun? kemm taqsam it-triq…and you’ll Splash your heart out!!

u dan kollu…wara nofs siegha xita…

we will rock you…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
hmmm…hekk kif tlajt fuq tal-linja mill-Junior College geddidt hafna memorji, sbieh u koroh, u kelli wkoll ix-xorti nahseb xi ftit fuq dak li kont qed nara…

dak l-istage…dawk in-nies jimbuttaw ghal tal-linja…dik ir-riha tal-pastizzi li tnessiek il-kliem fahxi li tkun se tghid jekk titlef tal-linja…

…dawk iz-zghazagh lebsin bl-iswed, b’xaghrhom twil, b’hafna gilda u hadid, b’dik il-harsa tghidlek “dejjaqtli l-warrani man”…

dawn minn dejjem hemm kienu, u ghal dejjem hemm ha jibqghu.

hasra li fiz-zghozija tintnesa l-hmura ta’ l-imhabba u minflok il-hadid li jkesshek…id-dawl tax-xemx safrani u minflok l-iswed li jdallam…in-nifs safi qalb il-hdura u minflok l-gheluq tal-mohba ta’ wara l-frenza…il-liberta` tal-bahar blu u minflok ic-cinga tal-gilda li torbtok…u dak is-sabih kollu li jlaqqa’ flimkien lil dawn l-erbgha elementi…

…hasra tintilef dik it-tbissima wara l-immagini taz-zghazugh li addatta hajtu fuq stil ta’ muzika…

Hello world!

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Welcome to Blog.com.mt - Malta. This is your first post. Edit or delete it, then start blogging!

It-tfajla ideali…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
ijwa l-ahwa, ghal dawk kollha li ilhom iqallbu mohhhom u l-kuntatti kollha taghhom biex jaraw jekk iltaqghux ma’ din it-tfajla ideali (jew guvni…ghal dawk it-tfajliet li iddecidew jaqraw il-blog tieghi), jiena ghandi l-formula magika…sigrieta…mistika…ecc ecc :)

ghalaq ghajnejk (idealment wara li tispicca taqra l-blog) u gib quddiem ghajnejk it-tfajla li ilek tant tohlom fuqha…u wara li tpengiha bil-pinna tal-holm tieghek, stedinha tiftah halqha, u ibda sir af il-karattru taghha. zgur ha joghgbok, m’hemmx ghax tahseb…din hija t-tfajla tal-holm tieghek. issa, wara li tieqaf titkellem maghha, stedinha biex tibdew tqattghu xi ftit hin flimkien…xejn kbir…kemm issiru tafu lil xulxin fil-hajja ta’ kuljum. tinkwieta xejn, mhux se jkollok inkwiet u glied maghha…fl-ebda hin, u fl-ebda stadju…

issa, hawn hi r-ricetta…

wara dan l-ezercizzju iftah ghajnejk (forsi ghal xi whud tajjeb li taghmel alarm biex ma tintilifx fil-holma) u insa dak kollu li rajt u li hlomt! iva, insa li tista’ tfittex tfajla li tiffitja ezatt fil-hajja tieghek, u fuq kollox insa li qatt m’inti ser tiggieled maghha…

l-inkwiet, il-glied (fuq certi livelli) juru li hemm il-hajja…huma jgaghluna niccaqalqu minn postna…u ghalhekk, fl-istess hin, huma dawn l-affarijiet li jzommuna hajjin…

Easy money…

Uncategorized No Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
minhabba li ghandna hajja mghaggla…difficli…demanding…ahna l-bnedmin u, b’mod specjali, ahna l-Maltin inhobbu dejjem insibu dik ix-shortcut li zzommlok bilanc bejn hajja mignuna u hajja li jirnexxilek tghix…

mela jien u ghaddej b’tal-linja minn bosta nhawi Maltin sibt ruhi kemm -il darba ma jkolli xejn x’naghmel, specjalment ladarba jkun irnexxili nara fejn tinsab il-qanpiena! u ghalhekk, f’din l-atmosfera ta’ apatija, ninfexx inhares barra lejn it-toroq u l-hajja urbana Maltija ‘il barra minn dik it-tieqa li ma tinfetahx, u bdejt ninnota bosta hwienet b’forma gdida jkattru u jkabbru…

tinted glass, hafna kuluri li jappellaw ghall-ghajnejn, disinnji moderni…imbghad logo u isem daqstantiehor moderni li jigbduk tidhol gewwa. u serrah rasek…kollox fair…kulhadd jissapportja lilek…idhol gewwa b’ewro, u ohrog bi 2…3…10…100…easy money

u ixghel xemgha lil Sta. Rita li ma jkunux easy debit

—–
Nota:

Sta. Rita hija l-protettura tal-affarijiet impossibli.

being healthy is having fun…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
jien u nara l-Olimpijadi meraviljuzi li ghaddejjin bhalissa gewwa l-belt ta’ Bejging, qed insib lili nnifsi niccassa dejjem aktar…u minhabba li jiena midhla ta’ l-isport ta’ l-atletika nibda napprezza dejjem aktar dawn it-talenti ghax nista’ biss nimmagina xi sforz u x’impenn jiehdu dawn l-atleti biex jaslu fl-istat ta’ eccellenza li qeghdin fih!

…mostri bhal Michael Phelps fl-ghawm, 6 medalji tad-deheb minn 6 -itlielaq, Bolt tal-Gamajka fl-atletika jghamillek nofs tellieqa jhares ‘l hemm u ‘l hawn hu u jigi l-ewwel fil-heat tieghu bil-hin ta 9.99 sekondi…

hasra li gewwa pajjizna m’ghandniex minn dawn il-fenomeni. nistaqsi ta’ spiss lili nnifsi kif qatt ma brilla fenomenu ta’ dak it-tip gewwa Malta…ir-risposta bdejt nasal ghaliha bil-mod…

fil-bidu ta’ dan is-sajf kelli x-xorti li nqatta’ ftit ta’ zmien gewwa l-art tal-Belgju, u xogholi kien proprju li nilghab mat-tfal tal-post. u hekk kif wasalt fil-playground fejn kont ser noqghod…bdejt nillumina ruhi…

dlonk gewni memorji ta’ tfuliti…qatt ma kont tajjeb fil-football bhal shabi…imma biex nibqa’ hbieb maghhom kont immur nigri wara l-ballun meta jitfghuh barra…tghidx x’kull girja kien ikolli niehu minhabba f’hekk…u ladarba kont nasal sal-ballun kien ikolli nigriha ‘lura…fix-xemx tizreg ta’ Malta…u gieli kont nispicca nimxi bicca minnha…

u dlonk immaginajt lili nnifsi tifel Belgjan…li mhux tajjeb la fil-football u l-anqas fl-isport l-ohra varji li jaghmlu hemmekk…imma jrid jigri wara l-ballun…bhac-cuc…bhalma kont jien warakollox :)…f’arja li fiha 4 darbiet daqs il-ground li kont nilghab fih f’Malta…wasalt sal-ballun…u forsi xxabbatt ma’ xi sigra wkoll biex gibtu…u kelli nigri ‘lura ghax qabditna x-xita…

tghidli…kemm qed timmagina…lele…imma t-tfal ta’ dawn il-postijiet kbar jitilghu ferm b’sahhithom fizikament…ghandhom fejn jaghmlu kull tip ta’ ezercizzju u jibqghu f’ambjent ta’ tfal…f’ambjent ta’ loghob…u ghalhekk (skuzawni ha niktibha bl-Ingliz) being healthy is having fun

nifhem li hemm hafna fatturi ohra minbarra dan li semmejt hawn fuq…imma nemmen li f’Malta din il-filosofija ghadha qeghda taqbad…u nixtieq li ma ddumx ma tidhol bicca wahda fil-kultura taghna…xejn xejn innaqsu mill-kultura ta’ tfal obizi…ghax ijwa bilhaqq…f’dik ahna tassew fenomeni…

Meta gejna bzonn il-flus…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
jekk ahna bhala Maltin m’ghandna xejn tajjeb, bla dubju li ghandna generozita` qawwija!

nitpaxxa inqalleb fuq it-televizjoni Maltija u nara programm fuq iehor…granet shah…b’hafna numri twal fil-qiegh tal-iscreen jindikawlek in-numri li ghandek iccempel biex titfa’ id-donazzjoni tieghek! tassew li ghandna kwalita` li ta’ min niftahru biha dik li naraw kif inkunu vicin tal-batut, tal-isfortunat, fl-aktar zmien difficli! tassew li jekk ghadni ma ktibt xejn serju f’dan il-blog, din is-sentenza hija l-ewwel haga…

u dawn il-programmi jilqghu fosthom l-ghola talenti Maltin! bhallikieku kulhadd ikun irid jaghti daqqa t’id fil-gabra…kulhadd jibda jinduna li jaf ikanta, li jaf jizfen! “immela le!! qatt ma smajtni fix-shower?” … imbirik’Alla…kulhadd qed johrog is-CDs…

oh xi gmiel ta’ zfin! erhina nikxfu l-koxxox…oh sbejha generozita`…tant li xi kultant nisthajjilhom ibieghu hwejjighom biex itellghu is-somma! x’qalb tad-deheb…

it-tfal Maltin kollha isiru il-Maltese Idol ahharin…bil-genituri jghasru sal-ahhar qatra t-talenti ta’ uliedhom f’gieh il-kawza gusta tal-gabra…

addio kulur politiku…meta nigu ghall-gbir ta’ fondi…kulhadd imur fuq ta’ kulhadd! il-ghala l-partiggjanizmu? jekk Alla tak 5 talenti…kattarhom u ghamilhom 10…u aqsamhom ma’ haddiehor…ma’ kulhadd…

u erhina niddandnu…u erhina nistunaw…

l-aqwa li ladarba tlesti mill-wirja ta’ talent…taqla’ capcipa u tohrog b’messagg kreattiv bhal “cemplu cemplu cemplu!”

It-tfal ta’ llum

Uncategorized 7 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...
x’arukaza…x’misthija…x’falliment…

Malta, li darba kienet il-qalba ta’ dak kollu li hu tajjeb, saret issa mizghuda b’generazzjoni ta’ meqrudin! m’ghadx fadal zaghzugh/a wiehed/wahda li ghandu/ha subghajh/a dritt!! ma tarax! it-tfal ta’ llum minn guf ommhom halfu li jeqirdu dak kollu li l-gheziez missirijietna hadmu tant ghalih!!

fejn qabel …oh zmien helu… it-tfal kellhom ibghaxxu rashom ghal dak kollu li jghidu l-genituri, illum le! ma tarax! it-tfal ta’ llum arditi! jekk ma tkunx l-ahhar kelma tieghu, ma jkunx hu!

insejna s-sens ta’ gabra! it-tfal ta’ llum mohhom biss biex johorgu mid-dar…u qabel ma titla’ x-xemx, ma jidhlux ‘lura! mur gibhom il-genituri tallum ikollhom 12…13 -il wild u kellhom kollha jistennewhom jidhlu ‘lura d-dar! hasra li gieli l-anqas l-unika wild ma jistennew jigi ‘lura…it-tfal ta’ llum mohh ir-rih!

u xi nghidu ghall-isbah poezija li l-Malti qatt kiteb b’demmu - it-twemmin! l-gharaq, id-dmugh, l-ugiegh li l-gheziez missirijietna tant iggieldu ghalih fl-Assedju ta’ l-1565 illum armejnih kollu fiz-zibel! it-tfal ta’ llum ingrati! fejn qabel konna nidhlu ghal quddies nhar ta’ Hadd u ma nfallux wahda…mqar noqghodu nitkellmu u nidhqu…illum dat-tfal ma jhossu htiega ta’ xejn!!

…u erhina nitkazaw…u erhina nittimbraw…

u nistaqsi, ta’ bahnan li jien, it-tfal tal-bierah fejn marru? fejn kienu biex jiehdu hsieb li t-tfal ta’ llum ma johorgux daqshekk mill-aghar?

min huma l-volontiera li jahdmu f’dawn l-oratorji, centri taz-zghazagh, play schools…jaqaw mhux zghazagh ta’ llum dawn ukoll?

hasra li t-tajjeb li ghandhom dawn it-tfal ta’ l-bierah jibqa’ bejnhom u bejn ruhom…huma u jmaqdru lit-tfal ta’ llum :)


Powered by - Blog.com.mt