dot dot dot…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (3 votes, average: 4.67 out of 5)
Loading ... Loading ...

hekk ser nirraprezenta il-countdown ghall-ahhar ta’ l-2009…forma ta’ stennija ghal dak li fadal jinqala’ u jissorprendina!

kienet sena fejn rajna bosta avvenimenti b’sahhithom, kulhadd b’hidma kontinwa biex tingheleb ir-ricessjoni…rajna lil renzo piano li gie biex jerga’ jlibbes lil valletta taghna b’daqxejn glorja…u bl-istess mod rajna president gdid mimli energija li wkoll xtaq jerga’ jlibbes lilna l-maltin b’daqxejn valuri u sens…

rajna wkoll delitti iebsin biex tifhem, attentati u hafna atti ta’ kriminu li jkesshuk…

…ijwa rajna dan kollu fuq din il-gzira b’erbat iqlafat jigru ‘l hemm u ‘l hawn. u ‘l barra minn xtutna bqajna nittawlu b’tama li ma ddumx ma titla’ ftit xemx fuq id-dlam tar-ricessjoni…u fl-istess hin rajna lid-dubai ifalli…rajna it-tama gdida li holoq il-president obama billi mar jitkellem ma’ dawk li kienu l-axes of evil…u rajna l-biki ta’ dawk li kienu jhobbu lil pop star michael jackson li halliena f’gunju ta’ din is-sena…u rajna lil usain bolt ghaddej bhal ziffa minn fuq il-finish line tal-100 metru f’rekord ta’ 9.58sekondi…

kienet sena…u f’sena jigru dawn l-affarijiet kollha! kull tmiem is-sena jaqbadni bhal donnu hype ta’ tama gdida fejn fit-365 gurnata li gejjin fuqna (jekk Alla jrid) ser ikunu 365 opportunita` gdida li jkollna hajja ahjar…

forsi dan mhux l-ahjar post jew blog li qatt ktibt…izda forsi tajjeb li qalb dan kollu naraw ahna x’nistghu naghmlu biex naghmlu minn din id-dinja post aktar kenni ghalina biex nghixu :)

awguri lil kulhadd…

Park and fight…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

kemm ilni nsuq l-ghaziza subaretta tieghi qed ninduna kemm din il-loghba hija l-aktar sport prattikat minna l-maltin…

niskanta xi kultant minfejn jigu dawn il-karozzi kollha fit-toroq maltin meta tqis li ahna wiehed mill-izghar pajjizi fl-ewropa u fid-dinja! tmur fejn tmur, ikun x’hin ikun…glieda ghall-parking!

mela ha nibda niddeskrivi gurnata tipika tieghi…inqum filghodu u nkun diga bdejt nghid l-Ave Marija ghax f’dil-kesha u l-bard ikolli nimxi ‘l boghod mid-dar biex immur sal-karozza tieghi. nidhol u nsuq sal-universita`…u hemm tibda tara l-atturi ta’ 2012 jipprattikaw l-istunts…karozzi fuq il-haxix, karozzi jghalqu passaggi, karozzi b’xi genb migbud, karozzi fuq karozzi u gib lil min jghaffeg fil-karozzi…mela dawra mar-ring-road forsi ssib xi  toqba…

izda la ssib it-toqba tal-parking u qas il-pacenzja…li tkun ilha li marret tpejjep sigarett x’imkien ‘il boghod minnek…u wara li tigbed li ghandek tigbed…tghid tlaqna sas-swatar ha naqtghu l-ghatx bil-perzut…

imbghad (apparti l-fatt li int u miexi lejn il-lecture tibda tara skoss spazji vojta) ‘lura lejn id-dar…tkun lucky jekk issib dak il-post wiehed quddiem id-dar jew vicin…u l-loghba tibqa’ sejra hekk…biex fl-ghaxija jekk tohrog terga’ tintebah li xi ruh tajba iddecieda li flok jipparkja quddiem id-dar tieghu gie jitfa’ l-imbarazz tieghu quddiem darek…

duck it…u dan biex ma nsemmux il-final ta’ kull weekend…meta dan l-isport jilhaq l-plateau tieghu fil-mekka tad-divertiment…

xejn…issir ossessat bl-ispazji vojta…nghid ghalija, il-bierah kont ghaddej minn fejn halla l-karkura x-xitan u rajt spazju vojt…ippuntajt ghalih…imbghad indunajt li ma kellix ghalfejn nieqaf nipparkja! sar qisu tournament tal-Monopoli…ta’ kuljum ta’ kull hin…ta’ kullimkien…

u sadanittant…il-petrol dejjem joghla…

INZEL MINN HEMM SALIB!!!…

Uncategorized 3 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 4 out of 5)
Loading ... Loading ...

…kienet tghidli ommi meta tarani nixxabbat ma’ x’imkien ‘lura fi tfuliti :)

u bhalissa ghaddejja kontroversja shiha f’pajjizna jekk ghandniex inhaddnu l-ligi li harget mill-Qorti Ewropea rigward is-slaleb fil-klassijiet u l-istituzzjonijiet tal-gvern fil-pajjizi “lajci” ta’ l-ewropa…

u l-maltin, b’demmhom ghadu jbaqbaq minn wara l-Assedju l-Kbir, hadniha tassew personali din! “x’igifieri…b’liema dritt…jigu dawn l-erbat iqlafat u jikkmandaw x’ghandna naghmlu ahna f’pajjizna?!!”…tismaghhom jghidu! “mur ghidilhom inehhu l-velu f’pajjizhom…ja qattgha…” u ha nieqaf hemm :)

u nisthajjilni ergajt sibt ruhi qrib il-granmastru de Vallette (ghax saru jafu m’ilux li m’ghadux kunjomu la Vallette izda de Vallette) fuq quddiem nett ta’ xi krucjata…u jekk joqtlulna wiehed minn hutna…inbiccrulhom il-bqija li jigu taht idejna…u b’hekk kollox jigi iggustifikat! u jekk huma jaghmlu hazin…mela l-hazin taghna mhu hazin xejn…ghax taghhom aghar…

…u ninsew li forsi xi kultant l-ewwel pass lejn ftit armonija tkun li niehdu l-ewwel pass lejn il-bidla ahna :)

p.s. miniex favur jew kontra li jitnehhew is-slaleb mill-klassijiet ecc, izda jiena kontra l-argumenti ibbazati fuq hwejjeg bhal dawn :)

Li tkisser…

Uncategorized 3 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

mela kif wghedtkom fid-debutt tieghi, jiena behsiebni li naqla’ minn fuq l-istonku xi suggetti li inqalghu fostna l-popolazzjoni universitarja…u llum imiss il-famuz suggett li jirrigwardja l-artiklu ta’ Alex Vella Gera - “Li Tkisser Sewwi”…

hija hasra li waqqfu l-publikazzjoni ta’ din ir-rivista universitarja! lele…l-awtur uza l-licenzja poetiko-letterarja biex iqanqal il-kuxjenza tal-poplu malti fejn jidhlu kummenti dwar il-hajja sesswali taghhom! hija hasra wkoll li qed inhallu c-censura tohnoq lehen il-kittieb, f’dal-pajjiz hekk imsejjah hieles…pajjiz hieles li fih ma tistax titkellem (hazin) tippublika l-hsibijiet (oxxeni) tieghek…

…hasra li hadd ma japprezza d-dettal li l-awtur kellu jisforza lilu nnifsu biex jidhol fih f’deskrizzjonijiet ezatti ta’ x’jigri u ma jigrix bejn il-karattru msemmi u l-bqija! hasra tafx!

u l-ikbar hasra, tabilhaqq hija l-agha li saret min-naha ta’ min iccensura u l-awtoritajiet! hehh, hasra ghax inghatat hafna pubblicita` lil artiklu li tghasar tghasar…minnu ma tiehu xejn! tassew li kapaci s-sarkazmu li intuza minn Vella Gera huwa tant mirqum tajjeb li jiena…bicca maqqju…ma stajtx nifhmu…u ghalhekk miniex ser nikkummenta biss ghax jaf nohrog ta’ injurant…

ma nitghallmu qatt donna f’dan il-pajjiz, li hwejjeg hekk huma kontro-produttivi! rajniha fid-Da Vinci Code, rajniha fuq is-suggett tal-kontracettivi fl-universita`, u qed narawha wkoll issa…

qisu wasal iz-zmien li tithalla tikka liberta` fiducja lejn il-qarrejja, biex minflok tkisser u jinbet…affarijiet hekk jitkissru wahedhom…

wara kollox…li tkisser imbghad…pprova sewwi :)

ilek ma tikteb maqq…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 4.5 out of 5)
Loading ... Loading ...

hekk hu…ilni ftit! izda tajjeb li nghidilkom li ghadni haj, u mohhi baqa’ dejjem iberren fuqhiex nista’ nikteb! :)

f’dan il-post ta’ ritorn tieghi xtaqt li ma ntawwalx ftit, anke forsi sakemm innehhi s-sadid li rabbejt mal-muza. xtaqt izda li nikteb fuq xi issues (ippermettuli l-kelma ingliza) li qamu dan l-ahhar gewwa l-universita` ta’ malta.

wahda milli qajmet l-aktar agha kienet prorpju l-ghajta minghand il-popolin progressivi biex tigi installata magna li tiddistribwixxi l-kontracettivi (f’termini vulgari il-kondomz). sahansitra gie ingawgurat partit politiku universitarju b’dan id-dibattitu u bil-weghda (qalb ic-capcip b’certu passjoni mill-kottra) li kieku jitla’ hu fil-ksu jwahhal wahda fi students’ house…

…tajjeb hafna! ta’ kull filghodu nirringrazzja lil Alla tal-ingenjozita` tal-mohh wara dan il-partit! magna ta’ dak it-tip ser tkun ta’ soluzzjoni ghal wahda mill-ikbar problemi on campus…u maghha jduru l-bqija tal-problemi kollha li hemm! ha naghti ezempju…student li ma jsibx jixtri kontracettiv on campus imur id-dar b’certu frustrazzjoni zejda, bi dwejjaq li ma ssibx tarfu, u ghalhekk jaghmel l-assignments b’certu nuqqas ta’ hsieb. jigri mbghad (u hawn ha nkun specifiku fuq kaz partikolari li sehh fil-fakulta` taghna), li l-kwalita` ta’ dawn l-assignments ikun medjokri, mimli nuqqasijiet tabilhaqq serji hafna u ghalhekk jidhol f’cans kbir li jigi akkuzat ta’ plagiarism.

huti dan mhux qed nivvintah tafx! l-istatistika tal-fakulta` taghna turi li das-sajf tlett kwarti (jekk mhux aktar) ta’ kors partikolari gew mixlija ta’ dan ir-reat (jiena kont wiehed minnhom) u kollox juri li r-raguni kienet in-nuqqas ta’ din il-magna! ghalhekk, nixtieq nappella lill-partiti kollha li jikkuntestaw ghal ksu biex jiehdu l-ezempju ta’ dan il-partit gdid u jhossu l-polz tal-poplu u jaraw x’inhu vera bzonnjuz ghall-istudenti!

…kellu bzonn

Affidavit…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

mela bhalma diga tajt introduzzjoni qasira fil-post ta’ qabel dan, fil-gimghat li ghaddew jiena fdat b’missjoni li nerga’ nigbor id-dokumenti tieghi wara li xi ruh tajba (l-organizzatur tal-missjoni) ghogbu jisraqli l-kartiera…

bhalma jghid missier ir-rock’n'roll malti freddie…il-kbir kien ghadu gej…

u meta mort biex nerga’ naghti identita` lili nnifsi…ridt nerga’ nghaddi mill-maratona across the city, proprju inizzjattiva ta’ mohh ingenjuz li jitfa’ ufficju daqshekk importanti fil-qiegh tal-Belt Valletta…u b’girja wahda minn fejn kont ipparkjat sal-forti stilla, u b’nifsi maqtugh sahansitra wara li stennejt wara kju gmielu, dhalt ghand ir-raprezentant tal-pulizija li dlonk taghtni l-clue li jmiss biex inkompli l-avventura “Ir-rapport tal-pulizija gibtu?”…

ghalkemm wiehed beda diga jimmagina liema kliem imzewwaq bdejt ninseg bil-malti f’qalbi, l-ikbar mistoqsija, tabilhaqq retorika, kienet “x’qed jaghmel dak il-kompjuter quddiem dan l-ufficjal jekk m’ghandux access ghad-database tal-pulizija?”…izda bhal kull mistoqsija retorika ohra, twegiba ma jistax ikolli…u fis-smartisland fejn il-vizjoni hija ta’ l-accessibilta` u l-kumdita`…kelli nerga’ girja wahda ghal karozza biex mmur nigbor ir-rapport tal-pulizija mill-ghassa fejn ghamiltu…

u l-avventura…kompliet…

fid-dawl tad-deadline li tawni mill-ufficju tal-id cards, kien ghad fadalli siegha biss biex nehles il-missjoni bl-isem fittizju id…izda bhal kull film ta’ suspans…il-missjoni ma kenitx se tigi mitmuma b’mod daqshekk facli…u sibt ma’ wicci bieb maghluq jghidli li kelli nistenna nofs siegha biex jiftah l-ufficju tar-rapporti…

ma gara xejn…biex ma nkomplix intawwal…gbart ir-rapport…girja wahda ohra lejn l-ufficju tal-id’s u mbghad (wasalt ghal punt fl-ahhar…)…kelli nahlef u niffirma affidavit…hmmm…flimkien ma’ hlas ta 3.50 ewri…insomma missjoni imwettqa…

xi jiem wara mort biex naghmel il-licenzja tas-sewqan u, wara li nnutajt l-efficjenza stilla ta’ l-awtorita` dwar it-trasport (per ezempju…haddiem wiehed ghal kju li la fih bidu u l-anqas tmiem…) kif ukoll kelli c-cans ninduna bl-availability ta’ dan id-dipartiment (id-9 ta’ filghodu suggestion box mimlija…hmmmm…kemm dahlulhom suggerimenti dalghodu hej!!)…fl-ahhar wasal il-hin li jiena nitlob il-licenzja tieghi…u kelli ghaldarbohra niffirma affidavit…did-darba bi spiza totali ta’ 24.45 ewri cosy cosy…parti mill-ispiza kienet biex ninghata dokument temporanju…

mela…il-kelma affidavit tfisser “a formal sworn statement of fact, signed by the declarant (who is called the affiant or deponent) and witnessed (as to the veracity of the affiant’s signature) by a taker of oaths, such as a notary public.” (- Wikipedia)…u ghalkemm dejjem gejt mghallem li qatt m’ghandek tikkwota l-Wikipedia…nixtieq nitfa’ dawn il-mistoqsijiet li gejjin biex min ghandu risposta jekk joghogbu iwegibni…

  1. Ghala kelli niehu aktar minn affidavit wiehed, jekk id-dokumenti gew nieqsa fl-istess serqa? Suggeriment…stajt ezempju…niffirma affidavit wiehed l-ghassa tal-pulizija?
  2. Ghala dawk ic-charges kollha, jekk kont jien li gejt misruq u mhux tlift id-dokumenti bi traskuragni?
  3. Jekk it-twegiba hija “ghax taf ikun hemm min jipprova jfotti u jghid li nsterqulu filwaqt li jkun tilifhom”…hmmm…mela allura kemm tiswa’ l-kelma li tajt u s-salib li bist fl-affidavit?

grazzi bil-quddiem

p.s.

tassew li ghandi ta’ xiex nirringrazzja lil Alla li ma grali l-ebda dannu personali hlief dawn l-ispejjez zejda…

gemma’ u ostor ghal meta tigi bzonn…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

heqq…hekk kienu jghiduli jiena meta kont zghir, izda biex nghidilkom kollox ma tantx kont nisma’ minnhom…u ghandikun dahlet parti mill-programm elettorali ta’ dan il-gvern gdid li ghandna li jghinni ngemma’…

ghalhekk…fiz-zmien cosy ta’ dicembru, meta kulhadd ikun qed jonfoq u jxejjer il-euros biex jiccelebra z-zmien tal-festi, jiena kont qed inxejjer l-erba’ centezmi li kien ghad fadalli mis-sajf ghax l-ebda stipendju ma gie iddepozitat fil-kont tieghi…

heqq m’hemmx x’taghmel, kont bdejt nghid bejni u bejn ruhi…irrid nikber u nitghallem ingemma’…u b’wicci minn quddiem nghidilkom li kien irnexxieli nghaddiha din l-avventura…tlett xhur shah minghajr income…u b’xi mod il-karozza baqghat timxi…u jiena bqajt haj…

izda wara tlett xhur…lele…il-gvern thassarni u qalli…ha…dawn tiehgek issa…u pattieli ta’ dak li kien ghadu ma tanix…

jiena biex nghidilkom is-sewwa, hadt ir-ruh…u kont kuntent issa nara l-kont tal-bank kemxejn mimli…lele…tistrieh hux?!…u ghalhekk kif lestejt l-ezamijiet xtaqt li niccelebra wahda tajba mal-hbieb u l-gheziez tieghi…xtaqt inhallsilhom dak id-drink hux…

izda xi proxxmu nisrani ghandikun m’ghogbuhx dawn il-hsibijiet u propju f’inqas minn gimgha li dahluli l-istipendji ddecidew li jergghu jibdew jiehdu hsiebi, u b’hekk hadli l-kartiera u l-mobile…ma jmurx nonfoq il-credit ukoll…

issa…x’ha dal-bniedem ma nafx biex nghidilkom is-sewwa…hlief mobile ta’ habba gozz u l-erba’ centezmi li kelli jigru fil-kartiera…u jahasra ‘qas haqq l-istrategija li qghad jivvinta biex jisraqni…ghax kieku talabhomli kont nghatihomlu minn jeddi…

l-unika haga li naf li seraqli zgur kienet il-pacenzja jiena u nigri minn post ghall-iehor biex nerga’ nirranga l-affarijiet…

meta rajt li ha jaqghali l-penty…

Uncategorized 5 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 4.5 out of 5)
Loading ... Loading ...

lele…tallarmawx ruhkom ghalxejn…anke jekk it-titlu ta’ din il-post hija kemmxejn hamalla. izda nassumi li kulhadd sema’ bit-taqbila wisq umoristika ta’ “twenty…waqghalek il-penty“…

u iva huti, minn hawn u saghtejn ohra jew ftit inqas, jiena ser nghalaq l-ghoxrin. u nghid bejni u bejn ruhi…x’hemm daqshekk magiku dwar din il-fazi tal-hajja li ghadha kemm ghaddiet minn fuqi?…nghidilkom is-sewwa, ma nafx! izda li nista’ nghid huwa fuq il-fazi tal-hajja li ghadha kemm ghaddiet hehe!

it-teenagerhood…oooh! liema fazi ga ppakkjat u tielqa ‘l barra bil-mod il-mod minn hajti…kien zmien sabih, bhal trampolin ghad-dinja tal-kbar…liema dinja…jiena ghadni ma fhimtx ezatt kif tahdem…izda tidher dinja li tirrikjedi daqsxejn aktar impenn…hmmm…biex imbghad…ghada pit ghada…la ssir anzjan…

…hehh idealment ikolli l-penzjoni! izda…nghidilkom is-sewwa jiena qed inxommha tinten tafux! ghax issa, li ghadni fil-fazi taz-zghozija, meta ssib min jghidlek life begins at 20, l-anqas l-istipendji ghadhom ma dahluli…ahseb u ara…kemm ser tidholli penzjoni!!

izda mill-bqija…iz-zmien tat-teens tieghi kienu sbieh, grazzi ghall-gheziez tieghi li kienu dejjem vicin tieghi…il-familjari tieghi qabel kollox, b’mod specjali l-genituri u huti! hehh…umbghad fl-ahhar u mhux l-inqas il-hbieb gheziez tieghi :) l-aktar dawk li huma vicinissimu tieghi, u jifgawni bin-nokkli :) u il-bqija li kienu vicin tieghi meta kelli bzonn :) j’Alla jitpattielkom ‘lura b’miljuni!

nispera li ma qabbiztilkomx wisq dmugh minn ghajnejkom…izda hassejtni obbligat li, fejn is-soltu mohhni biex immaqdar ‘l hemm u mmaqdar ‘l hawn…naghti ftit ta’ gieh u ringrazzjamenti :)

taghkom, izda kemmxejn ikbar…

il-maqqju :)

threeee…twooooo…oneeeee…

Uncategorized 4 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (4 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

…oneeeee (ghax zidulna l-leap second dis-sena)…

umbghad ghannaqna lil xulxin…u bid-dmugh f’ghajnejna dhalna fl-2009…l-ahhar f’dan il-millenju li ser ikollna iz-zewg qaghqiet fin-nofs…dettall li ta’ min wiehed jghix, kif jghid il-malti, to the full matul dawn it-365 -il gurnata li gejjin!

insomma…u ghandikun din kulhadd hadha hazin tafux? malli inqtajt minn max-xirka ta’ shabi u dhalt mal-poplu malti fit-triq tal-pubblikani ul-farizej ta’ paceville, fejn il-folla kienet migbura, rajt hafna nies li din l-ahbar taz-zewg zeri taghthom wisq f’qalbhom! nies mitfughin mal-art, ohrajn b’harsithom lejn is-sema b’ghajnejhom cassi donnhom jitolbu ghal xi tip ta’ hniena…ohrajn jaqsmu ma’ haddiehor fit-triq x’kielu waranofsinhar…

interessanti anka l-imhabba tal-proxxmu f’dan l-istat difficli…bniedem mitluf minn sensieh fid-diskoteka tieghek? armih ‘il barra qisu xi xkora zibel…u sabbtu sew…biex forsi jqum miskin…

imma nsomma…atmosfera li tqabbizlek demgha…u fl-istess hin siegha buzz ghal kulhadd…

…emmm…insomma…s-sena t-tajba :) j’Alla nitghallmu mill-izballji bhala resoluzzjoni :)

…spicca l-Milied…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (5 votes, average: 4.6 out of 5)
Loading ... Loading ...

ijwa huti…ghadu ‘qas wasal l-25 ta’ Dicembru imma dis-sena qed inhoss li diga’ ghadda l-Milied…jew insomma nghiduha kif inhi ezatt…qisu ghadu ma wasalx…

u ghandikun ftit indunaw…u la l-Milied u l-anqas it-Tmiem tas-Sena…

nahseb jien…dan huwa forma ta eskejpizmu…hadd ma jrid li din l-imbierka sena 2008 tispicca! daqskemm kelna avventuri fiha?!? kellna roller-coaster ride kontienwa fis-swieq taz-zejt…xi kultant aktar ghat-telgha milli ghan-nizla…imma nsomma…imbghad kelna l-avventura tar-recessjoni, fejn ic-challenge kien f’li tkompli mal-kurrent tar-rigali u l-ispejjez tal-Festi bi ftit flus f’idejk…u ghal xi whud anka kellhom ic-cans li jitilfu l-impjieg taghhom…

imbghad permezz ta’ dan kollu kelna n-novita` tan-Night Hikes in Christmas Streets…jew ghal xi nhawi Black Christmas (b’apologija ghall-awturi tad-diska evergreen “White Christmas”)…

ghadni gej mill-Purcissjoni tal-Bambin u indunajt li donnu kulhadd ezawrit b’dawn l-attivitajiet kollha…kulhadd kwiet hlief is-superjur ikanta il-GloooooooooOOOooooOOOOooorja in Excelcis Deo…li donnu ghejja wkoll ghax beda jitlef it-tonalita` tal-vuci…

…spicca l-Milied…jew insomma…forsi spicca dak il-Milied li ghamilna ahna…dak tar-rigali u tax-xinxilli…uwijja :) forsi dis-sena jitwieled ta’ vera l-Bambin Gesu` :)

—–

Il-Festi t-Tajba lil kull min sab hin jaqra’ dan il-Blog…


Powered by - Blog.com.mt