Park and fight…
Uncategorized December 22nd, 2009kemm ilni nsuq l-ghaziza subaretta tieghi qed ninduna kemm din il-loghba hija l-aktar sport prattikat minna l-maltin…
niskanta xi kultant minfejn jigu dawn il-karozzi kollha fit-toroq maltin meta tqis li ahna wiehed mill-izghar pajjizi fl-ewropa u fid-dinja! tmur fejn tmur, ikun x’hin ikun…glieda ghall-parking!
mela ha nibda niddeskrivi gurnata tipika tieghi…inqum filghodu u nkun diga bdejt nghid l-Ave Marija ghax f’dil-kesha u l-bard ikolli nimxi ‘l boghod mid-dar biex immur sal-karozza tieghi. nidhol u nsuq sal-universita`…u hemm tibda tara l-atturi ta’ 2012 jipprattikaw l-istunts…karozzi fuq il-haxix, karozzi jghalqu passaggi, karozzi b’xi genb migbud, karozzi fuq karozzi u gib lil min jghaffeg fil-karozzi…mela dawra mar-ring-road forsi ssib xi  toqba…
izda la ssib it-toqba tal-parking u qas il-pacenzja…li tkun ilha li marret tpejjep sigarett x’imkien ‘il boghod minnek…u wara li tigbed li ghandek tigbed…tghid tlaqna sas-swatar ha naqtghu l-ghatx bil-perzut…
imbghad (apparti l-fatt li int u miexi lejn il-lecture tibda tara skoss spazji vojta) ‘lura lejn id-dar…tkun lucky jekk issib dak il-post wiehed quddiem id-dar jew vicin…u l-loghba tibqa’ sejra hekk…biex fl-ghaxija jekk tohrog terga’ tintebah li xi ruh tajba iddecieda li flok jipparkja quddiem id-dar tieghu gie jitfa’ l-imbarazz tieghu quddiem darek…
duck it…u dan biex ma nsemmux il-final ta’ kull weekend…meta dan l-isport jilhaq l-plateau tieghu fil-mekka tad-divertiment…
xejn…issir ossessat bl-ispazji vojta…nghid ghalija, il-bierah kont ghaddej minn fejn halla l-karkura x-xitan u rajt spazju vojt…ippuntajt ghalih…imbghad indunajt li ma kellix ghalfejn nieqaf nipparkja! sar qisu tournament tal-Monopoli…ta’ kuljum ta’ kull hin…ta’ kullimkien…
u sadanittant…il-petrol dejjem joghla…


December 22nd, 2009 at 12:18 am
Aghmel bhali u ddobba lift
Jew irkeb tal-linja!!