dot dot dot…
Uncategorized 1 Comment »hekk ser nirraprezenta il-countdown ghall-ahhar ta’ l-2009…forma ta’ stennija ghal dak li fadal jinqala’ u jissorprendina!
kienet sena fejn rajna bosta avvenimenti b’sahhithom, kulhadd b’hidma kontinwa biex tingheleb ir-ricessjoni…rajna lil renzo piano li gie biex jerga’ jlibbes lil valletta taghna b’daqxejn glorja…u bl-istess mod rajna president gdid mimli energija li wkoll xtaq jerga’ jlibbes lilna l-maltin b’daqxejn valuri u sens…
rajna wkoll delitti iebsin biex tifhem, attentati u hafna atti ta’ kriminu li jkesshuk…
…ijwa rajna dan kollu fuq din il-gzira b’erbat iqlafat jigru ‘l hemm u ‘l hawn. u ‘l barra minn xtutna bqajna nittawlu b’tama li ma ddumx ma titla’ ftit xemx fuq id-dlam tar-ricessjoni…u fl-istess hin rajna lid-dubai ifalli…rajna it-tama gdida li holoq il-president obama billi mar jitkellem ma’ dawk li kienu l-axes of evil…u rajna l-biki ta’ dawk li kienu jhobbu lil pop star michael jackson li halliena f’gunju ta’ din is-sena…u rajna lil usain bolt ghaddej bhal ziffa minn fuq il-finish line tal-100 metru f’rekord ta’ 9.58sekondi…
kienet sena…u f’sena jigru dawn l-affarijiet kollha! kull tmiem is-sena jaqbadni bhal donnu hype ta’ tama gdida fejn fit-365 gurnata li gejjin fuqna (jekk Alla jrid) ser ikunu 365 opportunita` gdida li jkollna hajja ahjar…
forsi dan mhux l-ahjar post jew blog li qatt ktibt…izda forsi tajjeb li qalb dan kollu naraw ahna x’nistghu naghmlu biex naghmlu minn din id-dinja post aktar kenni ghalina biex nghixu
awguri lil kulhadd…


(3 votes, average: 4.67 out of 5)