ilek ma tikteb maqq…
Uncategorized November 9th, 2009hekk hu…ilni ftit! izda tajjeb li nghidilkom li ghadni haj, u mohhi baqa’ dejjem iberren fuqhiex nista’ nikteb!
f’dan il-post ta’ ritorn tieghi xtaqt li ma ntawwalx ftit, anke forsi sakemm innehhi s-sadid li rabbejt mal-muza. xtaqt izda li nikteb fuq xi issues (ippermettuli l-kelma ingliza) li qamu dan l-ahhar gewwa l-universita` ta’ malta.
wahda milli qajmet l-aktar agha kienet prorpju l-ghajta minghand il-popolin progressivi biex tigi installata magna li tiddistribwixxi l-kontracettivi (f’termini vulgari il-kondomz). sahansitra gie ingawgurat partit politiku universitarju b’dan id-dibattitu u bil-weghda (qalb ic-capcip b’certu passjoni mill-kottra) li kieku jitla’ hu fil-ksu jwahhal wahda fi students’ house…
…tajjeb hafna! ta’ kull filghodu nirringrazzja lil Alla tal-ingenjozita` tal-mohh wara dan il-partit! magna ta’ dak it-tip ser tkun ta’ soluzzjoni ghal wahda mill-ikbar problemi on campus…u maghha jduru l-bqija tal-problemi kollha li hemm! ha naghti ezempju…student li ma jsibx jixtri kontracettiv on campus imur id-dar b’certu frustrazzjoni zejda, bi dwejjaq li ma ssibx tarfu, u ghalhekk jaghmel l-assignments b’certu nuqqas ta’ hsieb. jigri mbghad (u hawn ha nkun specifiku fuq kaz partikolari li sehh fil-fakulta` taghna), li l-kwalita` ta’ dawn l-assignments ikun medjokri, mimli nuqqasijiet tabilhaqq serji hafna u ghalhekk jidhol f’cans kbir li jigi akkuzat ta’ plagiarism.
huti dan mhux qed nivvintah tafx! l-istatistika tal-fakulta` taghna turi li das-sajf tlett kwarti (jekk mhux aktar) ta’ kors partikolari gew mixlija ta’ dan ir-reat (jiena kont wiehed minnhom) u kollox juri li r-raguni kienet in-nuqqas ta’ din il-magna! ghalhekk, nixtieq nappella lill-partiti kollha li jikkuntestaw ghal ksu biex jiehdu l-ezempju ta’ dan il-partit gdid u jhossu l-polz tal-poplu u jaraw x’inhu vera bzonnjuz ghall-istudenti!
…kellu bzonn


(2 votes, average: 4.5 out of 5)
November 11th, 2009 at 2:58 pm
Artiklu verament miktub bi hsieb!!!
November 29th, 2009 at 3:19 pm
Good one badajs
July 3rd, 2010 at 11:33 am
Buy:Arimidex.Mega Hoodia.Synthroid.Prednisolone.Human Growth Hormone.Actos.Lumigan.Valtrex.Accutane.Petcam (Metacam) Oral Suspension.Zovirax.Retin-A.Nexium.100% Pure Okinawan Coral Calcium.Prevacid.Zyban….