INZEL MINN HEMM SALIB!!!…

Uncategorized 4 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 4 out of 5)
Loading ... Loading ...

…kienet tghidli ommi meta tarani nixxabbat ma’ x’imkien ‘lura fi tfuliti :)

u bhalissa ghaddejja kontroversja shiha f’pajjizna jekk ghandniex inhaddnu l-ligi li harget mill-Qorti Ewropea rigward is-slaleb fil-klassijiet u l-istituzzjonijiet tal-gvern fil-pajjizi “lajci” ta’ l-ewropa…

u l-maltin, b’demmhom ghadu jbaqbaq minn wara l-Assedju l-Kbir, hadniha tassew personali din! “x’igifieri…b’liema dritt…jigu dawn l-erbat iqlafat u jikkmandaw x’ghandna naghmlu ahna f’pajjizna?!!”…tismaghhom jghidu! “mur ghidilhom inehhu l-velu f’pajjizhom…ja qattgha…” u ha nieqaf hemm :)

u nisthajjilni ergajt sibt ruhi qrib il-granmastru de Vallette (ghax saru jafu m’ilux li m’ghadux kunjomu la Vallette izda de Vallette) fuq quddiem nett ta’ xi krucjata…u jekk joqtlulna wiehed minn hutna…inbiccrulhom il-bqija li jigu taht idejna…u b’hekk kollox jigi iggustifikat! u jekk huma jaghmlu hazin…mela l-hazin taghna mhu hazin xejn…ghax taghhom aghar…

…u ninsew li forsi xi kultant l-ewwel pass lejn ftit armonija tkun li niehdu l-ewwel pass lejn il-bidla ahna :)

p.s. miniex favur jew kontra li jitnehhew is-slaleb mill-klassijiet ecc, izda jiena kontra l-argumenti ibbazati fuq hwejjeg bhal dawn :)

Li tkisser…

Uncategorized 5 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

mela kif wghedtkom fid-debutt tieghi, jiena behsiebni li naqla’ minn fuq l-istonku xi suggetti li inqalghu fostna l-popolazzjoni universitarja…u llum imiss il-famuz suggett li jirrigwardja l-artiklu ta’ Alex Vella Gera - “Li Tkisser Sewwi”…

hija hasra li waqqfu l-publikazzjoni ta’ din ir-rivista universitarja! lele…l-awtur uza l-licenzja poetiko-letterarja biex iqanqal il-kuxjenza tal-poplu malti fejn jidhlu kummenti dwar il-hajja sesswali taghhom! hija hasra wkoll li qed inhallu c-censura tohnoq lehen il-kittieb, f’dal-pajjiz hekk imsejjah hieles…pajjiz hieles li fih ma tistax titkellem (hazin) tippublika l-hsibijiet (oxxeni) tieghek…

…hasra li hadd ma japprezza d-dettal li l-awtur kellu jisforza lilu nnifsu biex jidhol fih f’deskrizzjonijiet ezatti ta’ x’jigri u ma jigrix bejn il-karattru msemmi u l-bqija! hasra tafx!

u l-ikbar hasra, tabilhaqq hija l-agha li saret min-naha ta’ min iccensura u l-awtoritajiet! hehh, hasra ghax inghatat hafna pubblicita` lil artiklu li tghasar tghasar…minnu ma tiehu xejn! tassew li kapaci s-sarkazmu li intuza minn Vella Gera huwa tant mirqum tajjeb li jiena…bicca maqqju…ma stajtx nifhmu…u ghalhekk miniex ser nikkummenta biss ghax jaf nohrog ta’ injurant…

ma nitghallmu qatt donna f’dan il-pajjiz, li hwejjeg hekk huma kontro-produttivi! rajniha fid-Da Vinci Code, rajniha fuq is-suggett tal-kontracettivi fl-universita`, u qed narawha wkoll issa…

qisu wasal iz-zmien li tithalla tikka liberta` fiducja lejn il-qarrejja, biex minflok tkisser u jinbet…affarijiet hekk jitkissru wahedhom…

wara kollox…li tkisser imbghad…pprova sewwi :)

ilek ma tikteb maqq…

Uncategorized 3 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 4.5 out of 5)
Loading ... Loading ...

hekk hu…ilni ftit! izda tajjeb li nghidilkom li ghadni haj, u mohhi baqa’ dejjem iberren fuqhiex nista’ nikteb! :)

f’dan il-post ta’ ritorn tieghi xtaqt li ma ntawwalx ftit, anke forsi sakemm innehhi s-sadid li rabbejt mal-muza. xtaqt izda li nikteb fuq xi issues (ippermettuli l-kelma ingliza) li qamu dan l-ahhar gewwa l-universita` ta’ malta.

wahda milli qajmet l-aktar agha kienet prorpju l-ghajta minghand il-popolin progressivi biex tigi installata magna li tiddistribwixxi l-kontracettivi (f’termini vulgari il-kondomz). sahansitra gie ingawgurat partit politiku universitarju b’dan id-dibattitu u bil-weghda (qalb ic-capcip b’certu passjoni mill-kottra) li kieku jitla’ hu fil-ksu jwahhal wahda fi students’ house…

…tajjeb hafna! ta’ kull filghodu nirringrazzja lil Alla tal-ingenjozita` tal-mohh wara dan il-partit! magna ta’ dak it-tip ser tkun ta’ soluzzjoni ghal wahda mill-ikbar problemi on campus…u maghha jduru l-bqija tal-problemi kollha li hemm! ha naghti ezempju…student li ma jsibx jixtri kontracettiv on campus imur id-dar b’certu frustrazzjoni zejda, bi dwejjaq li ma ssibx tarfu, u ghalhekk jaghmel l-assignments b’certu nuqqas ta’ hsieb. jigri mbghad (u hawn ha nkun specifiku fuq kaz partikolari li sehh fil-fakulta` taghna), li l-kwalita` ta’ dawn l-assignments ikun medjokri, mimli nuqqasijiet tabilhaqq serji hafna u ghalhekk jidhol f’cans kbir li jigi akkuzat ta’ plagiarism.

huti dan mhux qed nivvintah tafx! l-istatistika tal-fakulta` taghna turi li das-sajf tlett kwarti (jekk mhux aktar) ta’ kors partikolari gew mixlija ta’ dan ir-reat (jiena kont wiehed minnhom) u kollox juri li r-raguni kienet in-nuqqas ta’ din il-magna! ghalhekk, nixtieq nappella lill-partiti kollha li jikkuntestaw ghal ksu biex jiehdu l-ezempju ta’ dan il-partit gdid u jhossu l-polz tal-poplu u jaraw x’inhu vera bzonnjuz ghall-istudenti!

…kellu bzonn


Powered by - Blog.com.mt