Affidavit…

Uncategorized 2 Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

mela bhalma diga tajt introduzzjoni qasira fil-post ta’ qabel dan, fil-gimghat li ghaddew jiena fdat b’missjoni li nerga’ nigbor id-dokumenti tieghi wara li xi ruh tajba (l-organizzatur tal-missjoni) ghogbu jisraqli l-kartiera…

bhalma jghid missier ir-rock’n'roll malti freddie…il-kbir kien ghadu gej…

u meta mort biex nerga’ naghti identita` lili nnifsi…ridt nerga’ nghaddi mill-maratona across the city, proprju inizzjattiva ta’ mohh ingenjuz li jitfa’ ufficju daqshekk importanti fil-qiegh tal-Belt Valletta…u b’girja wahda minn fejn kont ipparkjat sal-forti stilla, u b’nifsi maqtugh sahansitra wara li stennejt wara kju gmielu, dhalt ghand ir-raprezentant tal-pulizija li dlonk taghtni l-clue li jmiss biex inkompli l-avventura “Ir-rapport tal-pulizija gibtu?”…

ghalkemm wiehed beda diga jimmagina liema kliem imzewwaq bdejt ninseg bil-malti f’qalbi, l-ikbar mistoqsija, tabilhaqq retorika, kienet “x’qed jaghmel dak il-kompjuter quddiem dan l-ufficjal jekk m’ghandux access ghad-database tal-pulizija?”…izda bhal kull mistoqsija retorika ohra, twegiba ma jistax ikolli…u fis-smartisland fejn il-vizjoni hija ta’ l-accessibilta` u l-kumdita`…kelli nerga’ girja wahda ghal karozza biex mmur nigbor ir-rapport tal-pulizija mill-ghassa fejn ghamiltu…

u l-avventura…kompliet…

fid-dawl tad-deadline li tawni mill-ufficju tal-id cards, kien ghad fadalli siegha biss biex nehles il-missjoni bl-isem fittizju id…izda bhal kull film ta’ suspans…il-missjoni ma kenitx se tigi mitmuma b’mod daqshekk facli…u sibt ma’ wicci bieb maghluq jghidli li kelli nistenna nofs siegha biex jiftah l-ufficju tar-rapporti…

ma gara xejn…biex ma nkomplix intawwal…gbart ir-rapport…girja wahda ohra lejn l-ufficju tal-id’s u mbghad (wasalt ghal punt fl-ahhar…)…kelli nahlef u niffirma affidavit…hmmm…flimkien ma’ hlas ta 3.50 ewri…insomma missjoni imwettqa…

xi jiem wara mort biex naghmel il-licenzja tas-sewqan u, wara li nnutajt l-efficjenza stilla ta’ l-awtorita` dwar it-trasport (per ezempju…haddiem wiehed ghal kju li la fih bidu u l-anqas tmiem…) kif ukoll kelli c-cans ninduna bl-availability ta’ dan id-dipartiment (id-9 ta’ filghodu suggestion box mimlija…hmmmm…kemm dahlulhom suggerimenti dalghodu hej!!)…fl-ahhar wasal il-hin li jiena nitlob il-licenzja tieghi…u kelli ghaldarbohra niffirma affidavit…did-darba bi spiza totali ta’ 24.45 ewri cosy cosy…parti mill-ispiza kienet biex ninghata dokument temporanju…

mela…il-kelma affidavit tfisser “a formal sworn statement of fact, signed by the declarant (who is called the affiant or deponent) and witnessed (as to the veracity of the affiant’s signature) by a taker of oaths, such as a notary public.” (- Wikipedia)…u ghalkemm dejjem gejt mghallem li qatt m’ghandek tikkwota l-Wikipedia…nixtieq nitfa’ dawn il-mistoqsijiet li gejjin biex min ghandu risposta jekk joghogbu iwegibni…

  1. Ghala kelli niehu aktar minn affidavit wiehed, jekk id-dokumenti gew nieqsa fl-istess serqa? Suggeriment…stajt ezempju…niffirma affidavit wiehed l-ghassa tal-pulizija?
  2. Ghala dawk ic-charges kollha, jekk kont jien li gejt misruq u mhux tlift id-dokumenti bi traskuragni?
  3. Jekk it-twegiba hija “ghax taf ikun hemm min jipprova jfotti u jghid li nsterqulu filwaqt li jkun tilifhom”…hmmm…mela allura kemm tiswa’ l-kelma li tajt u s-salib li bist fl-affidavit?

grazzi bil-quddiem

p.s.

tassew li ghandi ta’ xiex nirringrazzja lil Alla li ma grali l-ebda dannu personali hlief dawn l-ispejjez zejda…

gemma’ u ostor ghal meta tigi bzonn…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

heqq…hekk kienu jghiduli jiena meta kont zghir, izda biex nghidilkom kollox ma tantx kont nisma’ minnhom…u ghandikun dahlet parti mill-programm elettorali ta’ dan il-gvern gdid li ghandna li jghinni ngemma’…

ghalhekk…fiz-zmien cosy ta’ dicembru, meta kulhadd ikun qed jonfoq u jxejjer il-euros biex jiccelebra z-zmien tal-festi, jiena kont qed inxejjer l-erba’ centezmi li kien ghad fadalli mis-sajf ghax l-ebda stipendju ma gie iddepozitat fil-kont tieghi…

heqq m’hemmx x’taghmel, kont bdejt nghid bejni u bejn ruhi…irrid nikber u nitghallem ingemma’…u b’wicci minn quddiem nghidilkom li kien irnexxieli nghaddiha din l-avventura…tlett xhur shah minghajr income…u b’xi mod il-karozza baqghat timxi…u jiena bqajt haj…

izda wara tlett xhur…lele…il-gvern thassarni u qalli…ha…dawn tiehgek issa…u pattieli ta’ dak li kien ghadu ma tanix…

jiena biex nghidilkom is-sewwa, hadt ir-ruh…u kont kuntent issa nara l-kont tal-bank kemxejn mimli…lele…tistrieh hux?!…u ghalhekk kif lestejt l-ezamijiet xtaqt li niccelebra wahda tajba mal-hbieb u l-gheziez tieghi…xtaqt inhallsilhom dak id-drink hux…

izda xi proxxmu nisrani ghandikun m’ghogbuhx dawn il-hsibijiet u propju f’inqas minn gimgha li dahluli l-istipendji ddecidew li jergghu jibdew jiehdu hsiebi, u b’hekk hadli l-kartiera u l-mobile…ma jmurx nonfoq il-credit ukoll…

issa…x’ha dal-bniedem ma nafx biex nghidilkom is-sewwa…hlief mobile ta’ habba gozz u l-erba’ centezmi li kelli jigru fil-kartiera…u jahasra ‘qas haqq l-istrategija li qghad jivvinta biex jisraqni…ghax kieku talabhomli kont nghatihomlu minn jeddi…

l-unika haga li naf li seraqli zgur kienet il-pacenzja jiena u nigri minn post ghall-iehor biex nerga’ nirranga l-affarijiet…


Powered by - Blog.com.mt