lele…tallarmawx ruhkom ghalxejn…anke jekk it-titlu ta’ din il-post hija kemmxejn hamalla. izda nassumi li kulhadd sema’ bit-taqbila wisq umoristika ta’ “twenty…waqghalek il-penty“…

u iva huti, minn hawn u saghtejn ohra jew ftit inqas, jiena ser nghalaq l-ghoxrin. u nghid bejni u bejn ruhi…x’hemm daqshekk magiku dwar din il-fazi tal-hajja li ghadha kemm ghaddiet minn fuqi?…nghidilkom is-sewwa, ma nafx! izda li nista’ nghid huwa fuq il-fazi tal-hajja li ghadha kemm ghaddiet hehe!

it-teenagerhood…oooh! liema fazi ga ppakkjat u tielqa ‘l barra bil-mod il-mod minn hajti…kien zmien sabih, bhal trampolin ghad-dinja tal-kbar…liema dinja…jiena ghadni ma fhimtx ezatt kif tahdem…izda tidher dinja li tirrikjedi daqsxejn aktar impenn…hmmm…biex imbghad…ghada pit ghada…la ssir anzjan…

…hehh idealment ikolli l-penzjoni! izda…nghidilkom is-sewwa jiena qed inxommha tinten tafux! ghax issa, li ghadni fil-fazi taz-zghozija, meta ssib min jghidlek life begins at 20, l-anqas l-istipendji ghadhom ma dahluli…ahseb u ara…kemm ser tidholli penzjoni!!

izda mill-bqija…iz-zmien tat-teens tieghi kienu sbieh, grazzi ghall-gheziez tieghi li kienu dejjem vicin tieghi…il-familjari tieghi qabel kollox, b’mod specjali l-genituri u huti! hehh…umbghad fl-ahhar u mhux l-inqas il-hbieb gheziez tieghi :) l-aktar dawk li huma vicinissimu tieghi, u jifgawni bin-nokkli :) u il-bqija li kienu vicin tieghi meta kelli bzonn :) j’Alla jitpattielkom ‘lura b’miljuni!

nispera li ma qabbiztilkomx wisq dmugh minn ghajnejkom…izda hassejtni obbligat li, fejn is-soltu mohhni biex immaqdar ‘l hemm u mmaqdar ‘l hawn…naghti ftit ta’ gieh u ringrazzjamenti :)

taghkom, izda kemmxejn ikbar…

il-maqqju :)