inzel xita…
Uncategorized 2 Comments »jiena tifel minn Hal Balzan, ic-centru ta’ din il-gzira, u wiehed mill-ftit irhula Maltin li minn fuq il-bjut ma jidhirx daqxejn ta’ bahar…anqas u anqas ir-riha ta’ dik l-imluha li tiftahlek l-aptit ghal xi bicca hobz biz-zejt, ghal fuq xi bank relax…
izda, jekk hux b’hidma tal-kunsill, tal-gvern centrali, jew ta’ xi qawwa sopra-naturali, hadd ma hamel li mill-Gzira tal-Bahar ul-Bahrin ikun hemm rahal wiehed li hu wiehed f’dan l-istat ta’ nuqqas ta’ bahar! ghalhekk fix-xitwa il-bahar jidhol xoghol mal-bqija tal-Maltin habrieka, u jigi residenti maghna n-nies tac-centru. iva! tarah, f’dik il-halba xita, ghaddej ghal ghonq it-triq…kannelli jxaqleb fl-ahdar…jithallat maghna l-ippersegwitati u l-imcahhdin, bhal donnu jpattielna ghan-nuqqas li ngarrbu matul l-istagun tas-sajf…
ilmijiet shah li jorganizzaw irwiehhom fit-toroq principali, b’manifestazzjoni piroteknika ta’ funtani minn qiegh l-istess toroq, l-hekk imsejha tappiera-mifqughin. u bhal dak li qallu mhux bizzejjed, tisthajjel dawn l-ilmijiet xi ministru hiereg ghal politika, ghaliex iva…il-bahar Malti jorganizza wkoll il-house visits…u li xejn ma nibdel ma’ dik is-sitwazzjoni fejn issib ruhek imqajjem fl-erbgha ta’ filghodu tixxotta l-kcina minn dan l-ilma li dahallek volontarjament…
u xi nghidu ghar-riha li tpaxxik…nibda nara lill-girien kollha taghna jixxabbtu fuq il-bjut taghhom…jiggieldu bejniethom min ser jiehu l-aktar minn dik ir-riha…li le ma tkunx biss ta’ ilma tal-bahar, l-anqas Aqcua di Gio`…imma Riha ta’ Ha`…Riha ta’ Be`…u Riha ta’ Dijare`…
u dan kollu biex ma nsemmix l-avventuri li rridu nghaddu minnhom ahna tal-wied biex nohorgu ftit mid-dar…il-ghala Splash ‘n’ Fun? kemm taqsam it-triq…and you’ll Splash your heart out!!
u dan kollu…wara nofs siegha xita…

