Easy money…

Uncategorized No Comments »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
minhabba li ghandna hajja mghaggla…difficli…demanding…ahna l-bnedmin u, b’mod specjali, ahna l-Maltin inhobbu dejjem insibu dik ix-shortcut li zzommlok bilanc bejn hajja mignuna u hajja li jirnexxilek tghix…

mela jien u ghaddej b’tal-linja minn bosta nhawi Maltin sibt ruhi kemm -il darba ma jkolli xejn x’naghmel, specjalment ladarba jkun irnexxili nara fejn tinsab il-qanpiena! u ghalhekk, f’din l-atmosfera ta’ apatija, ninfexx inhares barra lejn it-toroq u l-hajja urbana Maltija ‘il barra minn dik it-tieqa li ma tinfetahx, u bdejt ninnota bosta hwienet b’forma gdida jkattru u jkabbru…

tinted glass, hafna kuluri li jappellaw ghall-ghajnejn, disinnji moderni…imbghad logo u isem daqstantiehor moderni li jigbduk tidhol gewwa. u serrah rasek…kollox fair…kulhadd jissapportja lilek…idhol gewwa b’ewro, u ohrog bi 2…3…10…100…easy money

u ixghel xemgha lil Sta. Rita li ma jkunux easy debit

—–
Nota:

Sta. Rita hija l-protettura tal-affarijiet impossibli.

being healthy is having fun…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
jien u nara l-Olimpijadi meraviljuzi li ghaddejjin bhalissa gewwa l-belt ta’ Bejging, qed insib lili nnifsi niccassa dejjem aktar…u minhabba li jiena midhla ta’ l-isport ta’ l-atletika nibda napprezza dejjem aktar dawn it-talenti ghax nista’ biss nimmagina xi sforz u x’impenn jiehdu dawn l-atleti biex jaslu fl-istat ta’ eccellenza li qeghdin fih!

…mostri bhal Michael Phelps fl-ghawm, 6 medalji tad-deheb minn 6 -itlielaq, Bolt tal-Gamajka fl-atletika jghamillek nofs tellieqa jhares ‘l hemm u ‘l hawn hu u jigi l-ewwel fil-heat tieghu bil-hin ta 9.99 sekondi…

hasra li gewwa pajjizna m’ghandniex minn dawn il-fenomeni. nistaqsi ta’ spiss lili nnifsi kif qatt ma brilla fenomenu ta’ dak it-tip gewwa Malta…ir-risposta bdejt nasal ghaliha bil-mod…

fil-bidu ta’ dan is-sajf kelli x-xorti li nqatta’ ftit ta’ zmien gewwa l-art tal-Belgju, u xogholi kien proprju li nilghab mat-tfal tal-post. u hekk kif wasalt fil-playground fejn kont ser noqghod…bdejt nillumina ruhi…

dlonk gewni memorji ta’ tfuliti…qatt ma kont tajjeb fil-football bhal shabi…imma biex nibqa’ hbieb maghhom kont immur nigri wara l-ballun meta jitfghuh barra…tghidx x’kull girja kien ikolli niehu minhabba f’hekk…u ladarba kont nasal sal-ballun kien ikolli nigriha ‘lura…fix-xemx tizreg ta’ Malta…u gieli kont nispicca nimxi bicca minnha…

u dlonk immaginajt lili nnifsi tifel Belgjan…li mhux tajjeb la fil-football u l-anqas fl-isport l-ohra varji li jaghmlu hemmekk…imma jrid jigri wara l-ballun…bhac-cuc…bhalma kont jien warakollox :)…f’arja li fiha 4 darbiet daqs il-ground li kont nilghab fih f’Malta…wasalt sal-ballun…u forsi xxabbatt ma’ xi sigra wkoll biex gibtu…u kelli nigri ‘lura ghax qabditna x-xita…

tghidli…kemm qed timmagina…lele…imma t-tfal ta’ dawn il-postijiet kbar jitilghu ferm b’sahhithom fizikament…ghandhom fejn jaghmlu kull tip ta’ ezercizzju u jibqghu f’ambjent ta’ tfal…f’ambjent ta’ loghob…u ghalhekk (skuzawni ha niktibha bl-Ingliz) being healthy is having fun

nifhem li hemm hafna fatturi ohra minbarra dan li semmejt hawn fuq…imma nemmen li f’Malta din il-filosofija ghadha qeghda taqbad…u nixtieq li ma ddumx ma tidhol bicca wahda fil-kultura taghna…xejn xejn innaqsu mill-kultura ta’ tfal obizi…ghax ijwa bilhaqq…f’dik ahna tassew fenomeni…

Meta gejna bzonn il-flus…

Uncategorized 1 Comment »
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...
jekk ahna bhala Maltin m’ghandna xejn tajjeb, bla dubju li ghandna generozita` qawwija!

nitpaxxa inqalleb fuq it-televizjoni Maltija u nara programm fuq iehor…granet shah…b’hafna numri twal fil-qiegh tal-iscreen jindikawlek in-numri li ghandek iccempel biex titfa’ id-donazzjoni tieghek! tassew li ghandna kwalita` li ta’ min niftahru biha dik li naraw kif inkunu vicin tal-batut, tal-isfortunat, fl-aktar zmien difficli! tassew li jekk ghadni ma ktibt xejn serju f’dan il-blog, din is-sentenza hija l-ewwel haga…

u dawn il-programmi jilqghu fosthom l-ghola talenti Maltin! bhallikieku kulhadd ikun irid jaghti daqqa t’id fil-gabra…kulhadd jibda jinduna li jaf ikanta, li jaf jizfen! “immela le!! qatt ma smajtni fix-shower?” … imbirik’Alla…kulhadd qed johrog is-CDs…

oh xi gmiel ta’ zfin! erhina nikxfu l-koxxox…oh sbejha generozita`…tant li xi kultant nisthajjilhom ibieghu hwejjighom biex itellghu is-somma! x’qalb tad-deheb…

it-tfal Maltin kollha isiru il-Maltese Idol ahharin…bil-genituri jghasru sal-ahhar qatra t-talenti ta’ uliedhom f’gieh il-kawza gusta tal-gabra…

addio kulur politiku…meta nigu ghall-gbir ta’ fondi…kulhadd imur fuq ta’ kulhadd! il-ghala l-partiggjanizmu? jekk Alla tak 5 talenti…kattarhom u ghamilhom 10…u aqsamhom ma’ haddiehor…ma’ kulhadd…

u erhina niddandnu…u erhina nistunaw…

l-aqwa li ladarba tlesti mill-wirja ta’ talent…taqla’ capcipa u tohrog b’messagg kreattiv bhal “cemplu cemplu cemplu!”


Powered by - Blog.com.mt